Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tieħu sehem fil-Pussess tal-Arċipriet

Għada l-Ħadd 29 t’April, 2018 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tieħu sehem fil-Pussess tal-Arċipriet dan hekk kif fl-4.30pm tibda marċ mit-tarf ta’ Triq il-Mina l-Kbira fejn takkumpanja lill-Kanonku Dun Karm Busuttil sal-Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fejn wara li jieħu l-pussess ta’ Kanonku tal-Kapitlu tal-Insinji Kolleġġjata u Matriċi, jieħu l-pussess ta’ Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz. Fis-6pm tibda quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Il-President u l-membri tal-Kumitat jawguraw ħidma pastorali sfieqa lill-Kanonku Busuttil.