Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tiftaħ il-Festi Esterni ad unur il-Patrun tal-Belt Rebbieħa

Festa San Lawrenz

 

Il-Banda San Lawrenz illejla tagħmel il-marċ brijuż tal-Mota tan-Novena li jibda fid-9.30pm minn quddiem il-Każin. Dan il-marċ jiftaħ il-Festi Esterni ad unur San Lawrenz, Padrun tal-Belt Rebbieħa. Il-banda tgħaddi minn diversi toroq prinċipali sakemm terġa’ lura quddiem il-każin għall-ħabta tal-11.30pm. Nħeġġu lill-Palmiżi kollha sabiex jingħaqdu magħna f’dan il-marċ, kif ukoll jattendu l-funzjoni tal- ħruġ il-Vara titulari min-niċċa għall-ħabta tas-7.00pm.