Il-Bandisti u l-Allievi tal-post itellgħu Programm Mużikali ieħor b’suċċess

untitled Nhar il-Ħadd 20 ta’ Marzu, 2016, Ħadd il-Palm, l-Allievi u l-Bandisti tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz flimkien ma’ dawk tal-Banda San Ġużepp, Kalkara tellgħu Programm Mużikali għal dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. F’dan il-Programm li sar quddiem il-Każin tas-Soċjeta’ Mużikali San Ġużepp fil-Kalkara l-Banda esegwiet diversi siltiet mużikali ta’ mużika sagra u marċi funebri adattati ma’ dawn iż-żminijiet. Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela u l-Assistent Surmast Francois Borg.