Il-Kap tal-Oppożizzjoni jżur il-Każin tal-Banda San Lawrenz

Nhar il-Ħadd 13 ta’ Frar, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Joseph Muscat żar il-każin tal-Banda San Lawrenz waqt żjara li kien qed jagħmel fil-Birgu. Dr Muscat, filwaqt li ltaqa’ mal-Membri tal-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, kif ukoll ma’ diversi membri u anke mal-Kumitat tal-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu, ġie mdawwar mal-każin mill-President tas-Soċjeta`, fejn ġie spjegat lilu ix-xogħol li sar u qed isir f’dan il-Palazz. Barra minn hekk, qabel ma ntemmet din iż-żjara, Dr Joseph Muscat ġie mistieden jiffirma il-Ktieb tal-Viżitaturi tas-Soċjeta` fis-Sala tal-Arkivju.