Il-Kumitat jilqa’ lis-Surmast il-ġdid

IMG_2405 Nhar il-Ħadd li għadda l-President u l-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz laqgħu fil-Palazz tas-Soċjeta’ lis-Surmast Direttur Jonathan Abela li fis-26 ta’ Jannar, 2015 inħatar bħala Surmast tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. F’diskors ta’ merħba l-President is-Sur Lawrence V.Farrugia feraħ lis-Surmast Abela ta’ din il-kariga hekk importanti. Huwa saħaq li Mro. Abela għandu jħossu aktar kburi li huwa ntgħażel fi tmiem proċess twil, xi ħaġa li ħadd mill-baned Maltin għadu qatt ma’ għamel. Wara s-Surmast Abela ltaqa mal-bandisti, membri u sostenituri tas-Soċjeta’ fil-Bar u Restaurant tal-istess Każin.