Il-Kumitat mistieden tas-Soċjeta’ Filarmonika Leone

 

Nhar il-Ħadd li għadda l-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz organizzat ħarġa fil-gżira Għawdxija. Il-ġurnata bdiet b’quddies fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz, bil-grupp wara jżur il-Belt Victoria, Marsalforn u x-Xlendi.  Il-Kumitat tas-Soċjeta’ kien ukoll il-mistieden tas-Soċjeta’ Filarmonika Leone fejn ġejna mdawrin mat-Teatru Aurora u l-każin meraviljuż tas-Soċjeta’. Iż-żewġ Soċjetajiet Mużikali taw tifkira lil xulxin  f’din l-okkażjoni. Ta’ min ifakkar li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz tieħu sehem attiv fil-Festa tal-Assunta hekk kif tagħmel is-servizz ta’ nhar it-13 t’Awwissu.