Il-Leġiju l-ġdid

Legiju Fost id-diversi proġetti li saru matul is-sena li għaddiet kien hemm il-proġett tal-leġiju għall-planċier artistiku. Dan ġie mżanżan nhar is-7 t’ Awwissu qabel ma’ beda l-Programm ‘Vittoriosa in Festa’ li din is-sena kellu t-tema ‘The Eu in Concert’. Kulħadd seta’ japprezza l-ġmiel ta’opra li tikkumplimenta sew mal-planċier. Prosit lid-disinjatur is-Surmast Renzo Gauci, lil Sacco Brothers għax-xogħol fl-injam kif ukoll grazzi lil Konrad Baldacchino, Kap Eżekuttiv ta’ JAC Steel Ltd. li rregala dan il-leġiju lis-Soċjeta’.