Il-proċessjoni għal nhar it-Tnejn 17 t’Awwissu

2014 Nhar it-Tnejn 17 t’Awwissu, 2015 l’Ottava ta’ San Lawrenz ser toħroġ il-proċessjon i bl-istatwa titulari. Dan wara li f’Jum l-10 t’Awwissu kien il-maltemp u għaldaqstant tħassar il-Programm kollu tal-festi esterni għal dak il-Jum. Wara li fis-6pm ser issir quddiesa, għall-ħabta tas-7pm tibda ħierġa l-proċessjoni bl-istatwa ta’ San Lawrenz li ser tkun akkumpanjata mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Il-proċessjoni tgħaddi minn Triq Nestu Laiviera, Pjazza tal-Belt Vittoriosa, Triq San Filippu, Triq Indri Vella, Triq Santa Skolastika quddiem il-Kunvent tas-sorijiet tal-klawsura u lura minn Triq La Vallette, Pjazza tal-Belt Vittoriosa għall-Knisja Konventwali Matrici u Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fejn fid-dħul tindaqq l-Antifona tal-Kanonku Dun Alwig Fenech.