Il-qawwa Palmiza fil-marċ tal-Antivigilja

anti

 

Marċ mill-kbar il-bieraħ it-Tnejn 8 t’Awwissu filgħaxija madwar it-toroq tal-Belt Vittoriosa mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz li akkumpanjat l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lill-għomja sa’ fuq il-kolonna. Il-Belt Rebbieħa kien miżgħuda bin-nies fejn il-partitarji Palmiżi għamlu briju kbir mal-marċi brijużi mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz li laħaq il-qofol tiegħu quddiem ‘Palazzo Huesca’ fejn il-kantant Ludwig Galea esegwixxa ‘Ilwien ta’ Lorenzu’ ‘Patrun tal-Ġirbin’ u ‘ Serenata lill- Birgu’ fejn kompla tul Triq il-Mina l-Kbira u hekk kif l-istatwa ttellgħet fuq il-kolonna bid-daqq tal-Innu Popolari ta’ Lorenzo Galea mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Ġurnata oħra memorabbli fejn komplejna nsaħħu postna bħala l-aqwa festa fil-Kottonera u waħda mill-festi ewlenin f’pajjiżna