Illejla jiftħu l-festi f’ġieħ San Lawrenz, Patrun tal-Belt Vittoriosa

Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz illejla tagħmel il-marċ brijuż tal-Mota tan-Novena li jibda fid-9.00pm minn quddiem il-Każin. Dan il-marċ jiftaħ il-Festi ad unur San Lawrenz, Patrun tal-Belt Rebbieħa. Il-banda tgħaddi minn diversi toroq prinċipali sakemm terġa’ lura quddiem il-każin għall-ħabta tal-11.00pm. Nħeġġu lill-Palmiżi kollha sabiex jingħaqdu magħna f’dan il-marċ, kif ukoll jattendu għall-quddies u l- ħruġ tal-Vara titulari min-niċċa fis-7.00pm.