Illejla l-Banda Vittoriosana San Lawrenz bi Programm u Marċ f’Ħal-Kirkop

 

Illum is-Sibt 19 t’Awwissu, 2017 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Leonardu, Ħal-Kirkop. Is-servizz jibda fit-830pm  fejn wara l-Programm isir marċ madwar it-toroq ta’ dan ir-raħal. Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Francois Borg.