Illejla l-Banda Vittoriosana San Lawrenz b’servizz f’Ħal-Kirkop

 

Illum il-Ħamis 16 t’Awwissu, 2018 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tagħmel servizz f’Ħal-Kirkop fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Leonardu. Il-Banda tagħmel marċ madwar it-toroq ta’ dan ir-raħal li jibda fid-9pm u jintemm f’nofs il-lejl quddiem il-każin tas-Soċjeta. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela.