Illejla l-Banda Vittoriosana San Lawrenz b’servizz fil-Balluta

Illum l-Erbgħa 26 ta’ Lulju, 2017 fit-8.30pm, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tagħmel marċ bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Parroċċa tal-Balluta. Dan il-marċ jintemm għall-ħabta tal-11.30pm fil-viċinanzi tal-Knisja tal-Balluta, wara li l-Banda tkun għaddiet minn diversi toroq prinċipali tal-Parroċċa. Dan is-servizz isir fuq stedina tal-Għaqda Mużikali Madonna tal-Karmnu tal-Balluta.