Illejla l-Ikla l-Kbira ta’ qabel il-Festa

 

 

Illum il-Ġimgħa 4 t’Awwissu, 2017 fi Pjazza Sagra Infermerija ser tiġi organizzata l-Ikla ta’ qabel il-Festa. Attendenza tajba mistennija tattendi għal din l-Ikla tradizzjonali fejn il-menu ser jikkonsisti f’Timpana bħala starter, għażla bejn Laħam, Tiġieġ u ħut main course, Deżerta u Tazza Inbid. Ejjew biex flimkien niċċelebraw f’atmosfera familjari.