Illejla l-marċ tal-Mota tan-Novena

7 Illum il-Ħamis 31 ta’ Lulju, 2014 fid-930pm jibda l-marċ tal-Mota tan-Novena fejn il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ddur mat-toroq ewlenin tal-Belt Vittoriosa u b’daqq ta’ marċi brijużi tferraħ lill-poplu Vittoriosan. Fil-fatt illum il-Banda ser tkun qed iżżanżan librett ġdid tal-marċi. Qabel il-marċ għall-ħabta tat-8pm ser ikun hemm Lager Night fil-bitħa tal-Każin.