Illejla Marċ u Programm fir-Raħal Ġdid

paola Illum il-Ħadd 26 ta’ Lulju l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tagħmel Marċ u Programm fir-Raħal Ġdid fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Kristu Re. Il-marċ jibda fis-7pm u għal ħabta tat-7.45pm il-Banda ddoqq l-Innu lil Kristu Sultan waqt il-ħruġ tal-istatwa. Wara tesegwixxi Programm Mużikali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela.