Illejla Programm Mużikali mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz

Illejla l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser ittellgħa Programm Mużikali fuq iż-żuntier tal-Knisja bħala parti minn proġett tal-Aġenzija Żgħażagħ. Il-programm li jibda fis-7.30pm ser ikollu direzzjoni ta’ diversi partecipanti li ħadu sehem f’dan il-proġett ikkordinat mis-Surmast Alan Chircop.

Nibnu Pedament Professjonali għad-Direzzjoni tal-Banda b’mod Ħolistiku u Professjonali hu proġett ffinanzjat mill-Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda taħt l-iskema It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Baned u mtella’ mill-Għaqda Mużikali Beland Żejtun, Soċjeta` Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa, Għaqda Mużikali Marija Assunta Gudja, Għaqda Mużikali San Ġużepp Għaxaq, Għaqda Mużikali Imperial Mellieħa u Soċjeta` Filarmonika Nicolo` Isouard Mosta.