Illejla r-Riċeviment Annwali tal-Festa f’Palazzo Huesca

Il-Faċċata ta' Palazzo Huesca

Il-lejla l-President u l-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz jilqgħu lill-personalitajiet distinti, rappreżentanti tal-għaqdiet, bandisti, membri u ammiraturi tas-Soċjeta’ għar-riċeviment annwali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Lawrenz, Patrun tal-Belt Vittoriosa. Ir-riċeviment isir fis-Sala ewlenija ta’ Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa u jibda fit-8.30pm.