Illejla ‘Vittoriosa in Festa’ bit-tema ‘Clash of the Centuries’

Illum it-Tlieta 7 t’Awwissu l-Banda Vittoriosana San Lawrenz tippreżenta l-Programm Mużikali ‘Vittoriosa in Festa’ fuq il-Planċier meravilja fl-akbar pjazza ta’ Beltna. Il-Banda li tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela u l-Assistent Francois Borg ser tesegwixxi Programm Vokali u Strumentali bit-tema ‘Clash of the Centuries’ fejn mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser jingħaqdu l-kantanti Ozzy Lino, Christian Arding, Jasmine u Lello kif ukoll il-grupp taż-zfin Dancing Angels. Preżentazzjoni ta’ dan il-Programm ser tkun f’idejn Aaron Zahra. Il-programm jibda fid-915pm wara li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz flimkien mal-Banda Taljana mistiedna tas-Soċjeta’ Associazone Culturale Musicale Bandistica ‘Synphonica Citta di Viagrande’ tkun għamlet marċ tul Triq il-Mina l-Kbira li jibda fit-8pm.