Illum ħruġ tal-Istatwa Titulari u Marċ mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz

L-istatwa-titulari-ta-San-Lawrenz Illum il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju, 2015 fis-7pm fil-Knisja Konventwali u Kolleġjata ta’ San Lawrenz ser ikun hemm quddiesa u wara jsir il-ħruġ tal-vara min niċċa. Fid-9.30pm il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tagħmel il-marċ tal-mota tan-Novena li jibda minn Pjazza tal-Belt Vittoriosa u jgħaddi minn Triq Nestu Laiviera, San Lawrenz, Sant’Anton, Pjazza tal-Belt Vittoriosa, Hilda Tabone, Kwartier, Pacifiku Scicluna, Arċisqof Gonzi, Torri ta’ San Gwann , Mina l-Kbira u jintemm fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa quddiem il-Każin għall-ħabta tal-11.30pm.