Illum it-Tlieta 31 ta’ Lulju 2012 – Il-Mota tan-Novena

San Lawrenz
Fis-7.00 pm tibda Quddiesa għall-membri tal-Kumitati involuti fl-organizzazzjoni tal-Festa u d-devoti ta’ San Lawrenz, kif ukoll għall-poplu tal-Birgu. Wara jsir il-ħruġ tal-vara tal-Padrun Missierna San Lawrenz bi proċessjoni mal-Knisja fejn titpoġġa fuq il-bankun fil-kursija waqt li jitkanta l-Innu Popolari. Wara jsir kant tal-antifona, barka sagramentali u bews tar-Relikwija.

Fid-9.30 pm Jibda l-Marċ tal-Mota tan-Novena mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz mat-toroq Prinċipali tal-Belt Vittoriosa.