Illum Jum l-Antiviġilja ta’ San Lawrenz

2 Illejla fit-830pm il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tagħmel il-Marċ tal-Antiviġilja fejn takkumpanja l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lill-għomja sa’ fuq il-kolonna fit-tarf ta’ Triq il-Mina l-Kbira. Marċ li huwa meqjus bħala wieħed mill-kbar li jsiru fil-gżejjer tagħna. Il-marċ jibda minn Misraħ ir-Rebħa u jgħaddi minn Triq Kardinal, Triq San Lawrenz, Triq Nestu Laiviera, Misraħ ir-Rebħa, Triq San Filippu, Triq La Vallette, mill-ġdid Misraħ ir-Rebħa u Triq il-Mina l-Kbira fejn għal ħabta ta’ nofs il-lejl isir it-tlugħ tal-istatwa fuq il-kolonna. Wara l-Banda tagħmel marċ sa’ quddiem il-Palazz tas-Soċjeta’.