Illum l-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz – Festa Speċjali

L-istatwa-titulari-ta-San-Lawrenz
Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tieħu sehem fil-Proċessjoni li ser issir illum l-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz it-28 ta’Mejju, 2014. Bħala parti mill-festi li qed jilqgħu lura l-istatwa titulari ta’ San Lawrenz fis-6pm l-istatwa toħroġ proċessjonalment mill-Oratorju tal-Kurċifiss għall-Pjazza fejn tintlaqa mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz bid-daqq tal-Innu Popolari ta’ Lorenzo Galea. Fis-630pm tiġi konċelebrata quddiesa mmexxija mill-Wisq. Rev. Arċipriet Dun Joe Cilia biex għall-ħabta tas-730pm tibda proċessjoni akkumpanjata mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz li tgħaddi minn Triq La Vallette, San Filippu, Misraħ ir-Rebħa u lura lejn il-Knisja Konventwali fejn fid-dħul tindaqq l-antifona tal-Kanonku Luigi Fenech.