Illum l-Ottava ta’ San Lawrenz – Proċessjoni madwar it-toroq tal-Belt Vittoriosa

L-istatwa-titulari-ta-San-Lawrenz Illum it-Tnejn l-Ottava tal-Festa Titulari ta’ San Lawrenz ser issir il-proċessjoni bl-istatwa ta’ San Lawrenz dan wara li bħal-lum ġimgħa l-Festi Esterni tħassru minħabba l-maltemp.Fis-6pm ser issir quddiesa konċelebrata u għall-ħabta tas-7pm tibda ħierġa l-proċessjoni bl-istatwa ta’ San Lawrenz li ser tkun akkumpanjata mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Il-proċessjoni tgħaddi minn Triq Nestu Laiviera, Pjazza tal-Belt Vittoriosa, Triq San Filippu, Triq La Valletta, Triq Santa Skolastika quddiem il-Kunvent tas-sorijiet tal-klawsura u lura għall-Knisja Konventwali Matrici u Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fejn fid-dħul tindaqq l-Antifona tal-Kanonku Dun Alwig Fenech.