Imfakkar ‘Jum il-Birgu’

wsite Nhar il-Ħadd li għadda 7 ta’ Settembru, 2014 ġie ċelebrat fil-Belt tagħna ‘Jum il-Birgu’. Delegazzjoni mill-Kumitat magħmula mill-Viċi President is-Sur Anthony Gauci u l-Assistent Segretarju s-Sur Eugenio Pellicano attendew għall-Quddiesa li saret fil-Knisja Konventwali ta’ San Lawrenz. Wara saret iċ-ċerimonja ta’ tifkira ta’ ‘Jum il-Birgu’ taħt il-Kampnar tal-istess Knisja.