![]() |
Tħabbret il-mewt tas-Surmast Salvu Bugeja fl-eta ta’ 90 sena. Is-Surmast Bugeja għandu konnessjonijiet kbar mal-Każin tal-Banda tagħna fejn iddissinja diversi opri li huma meravilja. |
![]() |
Minbarra l-planċier, żewġ opri oħra kbar li huma fuq disinn ta’ Salvu Bugeja huma l-Bandalora Artistika kif ukoll l-Istandard tar-rakkmu. |
Filwaqt li nirringrazzjaw lil Salvu tax-xogħol kollu li ta lill-każin u l-festa tagħna nwasslu l-kondoljanzi lill-familja Bugeja. Il-funeral ta’ Salvu Bugeja ser isir nhar it-Tlieta 31 t’Awwissu fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq fit-8 ta’ filgħodu. Delegazzjoni mill-Kumitat tagħna ser tattendi għall-funeral.