Inawgurat il-Proġett tas-Sala tal-Billiard

untitled Nhar il-Ġimgħa 15 t’April, 2016 saret l-inawgurazzjoni tal-proġett li kien għaddej f’dawn l-aħħar ġimgħat fejn sar xogħol estensiv fis-Sala tal-Billiard. Fost dan kien hemm il-mejda tal-Isnooker li jużaw il-membri kif ukoll il-mejda l-oħra li tista tintuża minn kulħadd. Sar ukoll it-tberik taż-żewġ imwejjed mill-Wisq Reverendu Arċipriet il-Kanonku Joe Mizzi. Ġew imżanzna wkoll sett bilji. Il-President tas-Soċjeta’ s-Sur Lawrence V. Farrugia għalaq din is-serata b’diskors tal-okkażjoni fejn faħħar l-impenn tal-membri li kienu strumentali sabiex sar dan il-proġett. Wara sar riċeviment żgħir għal dawk preżenti.