Inawgurata l-Bandalora tal-Alleati wara r-restawr

 

 

Nhar it-Tnejn 10 t’Awwissu, 2020, Jum il-Festa ta’ San Lawrenz, Patrun tal-Belt Vittoriosa ġiet inawgurata l-bandalora tal-alleati wara r-restawr li sar fuqha.

Dan kien parti minn proġett tal-Kunsill Malti tal-Arti flimkien mal-Għaqda Każini Banda mill-Fond għat-tisħiħ tal-ħidma mwettqa mill-każini tal-banda.

Ix-xogħol fuq din il-bandalora sar mis-Sur George Cassar.