Ippreżentat Standard tar-rakkmu lis-Soċjeta’

pic standard

Waqt ir-riċeviment tal-Festa s-Sur Lino Micallef rappreżentant tas-St.Lawrence Society, Melbourne ppreżenta lis-Soċjeta’ l-istandard uffiċjali li kien jintuża minn din l-Għaqda f’Melbourne, l-Awstralja fejn għal snin twal kienet torganizza l-Festa ta’ San Lawrenz. Fir-ritratt jidher is-Sur Micallef jippreżenta l-istandard tar-rakkmu lill-President tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz is-Sur Lawrence V. Farrugia.