Il-bieraħ filgħaxija ġie organizzat Red Party f’Palazzo Huesca bi tħejjija għall-Festa tal-Patrun tas-Soċjeta’ u tal-Belt Vittoriosa San Lawrenz. Kienet lejla sabiħa fejn il-partitarji Palmiżi iċċelebraw flimkien bħala familja waħda fejn fl-istess lejla żżanżnu set ta’ pavaljuni għall-bitħa tal-istess Palazz fuq disinn ta’ Albert Borda.