Ir-relikwija bid-demm ta’ San Lawrenz fostna

local_20_0_temp-1406264550-53d1e4e6-620x348 Bl-entużjażmu li jbaqbaq f’kull Vittoriosan, il-Belt Vittoriosa laqgħet għandha r-relikwija bid-demm ta’ San Lawrenz li nġiebet minn Amaseno, l-Italja fuq inizjattiva tal-Parroċċa San Lawrenz, Għawdex. L-Arċisqof Paul Cremona mexxa l-proċessjoni li bdiet mill-Kunvent tas-Sorijiet Benedittini għall-Parroċċa fejn wara mexxa Pontifikal. Matul il-proċessjoni l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ħadet sehem bid-daqq ta’innijiet Lawrenzjani.