Ir-riċeviment tal-Festa – Inawgurata pittura ġdida

Il-bieraħ, is-Sibt 3 t’Awwissu f’Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz sar ir-riċeviment annwali tal-Festa. Attendew diversi personalitajiet distinti ewlenin fost dawn is-Sindku tal-Birgu s-Sur John Boxall, il-Wisq. Rev. Arċipriet Carmelo Busuttil u Membri tal-Kapitlu, rappreżentanti tal-għaqdiet tal-Birgu, Bandisti, Membri u benefatturi tas-Soċjeta’.

Saru diskorsi mill-President tas-Soċjeta’ s-Sur Bjorn Callus, l-Arċipriet u s-Sindku li awguraw l-Festa t-Tajba lill-Vittoriosani kollha.

Wara saret l-inawgurazzjoni tal-pittura xogħol l-artist Pawlu Camilleri Cauchi fejn dan kien il-proġett ewlieni ta’ din is-sena.

Il-pittura nkixfet mill-President tas-Soċjeta’ flimkien mas-Sur Conrad Baldacchino, President Onorarju li sponsorja din il-pittura.