Ir-riċeviment tal-Festa

Nhar il-Ġimgħa 3 t’Awwissu f’Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz sar ir-riċeviment annwali tal-Festa. Attendew diversi personalitajiet distinti ewlenin fost dawn il-President tar-Repubblika Marie-Louise Coleiro Preca, Membri tal-Kapitlu, rappreżentanti tal-għaqdiet tal-Birgu, Bandisti, Membri u benefatturi tas-Soċjeta’ Fid-diskors tal-okkażjoni l-President is-Sur Lawrence V. Farrugia tkellem dwar ix-xogħol kbir li sar matul is-sena li għaddiet kemm f’Palazzo Huesca kif ukoll fis-settur bandistiku. Finalment huwa awgura l-Festa t-Tajba lill-Vittoriosani kollha.