Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz fil-Ġimgħa Mqaddsa

 

Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser tkun impenjata b’dan il-Programm t’attivitajiet matul il-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa 2017.

Il-Ħamis 5 t’April – Ftuħ tal-Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira ‘Ġetsemani’.

Il-Ħadd 9 t’April – ĦADD IL-PALM

Fl-1030am Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz, Belt Vittoriosa flimkien mal-Għaqda Mużikali San Ġużepp, Kalkara għal darb’oħra ser ikunu qegħdin itellgħu Programm Mużikali ta’ mużika u marċi funebri bis-sehem tal-bandisti u allievi tal-post taż-żewġ soċjetajiet mużikali. Dan il-Programm ser isir f’Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Kalkara. Il-banda tkun taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Francois Borg.

Il-Ġimgħa 14 t’April – JUM IL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Fil-530pm Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tibda Programm ta’ mużika funebri fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa waqt it-tlugħ tal-proċessjoni li toħroġ mill-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz. Hekk kif il-Vara tal-Kruċifissjoni tasal fil-Pjazza l-Banda tal-Birgu takkumpanja quddiem il-Vara l-Kbira madwar it-toroq tal-Belt Rebbieħa. Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela.

Is-Sibt 15 t’April – SIBT IL-GĦID

Fl-1015pm Wara l-funzjoni tal-Knisja fis-Sala Prinċipali ta’ Palazzo Huesca jsir is-solitu ‘Easter Buffet Breakfast’ fejn il-kumitat, bandisti, membri u ammiraturi tas-Soċjeta’ jibdew jiċċelebraw flimkien il-Festa tal-Għid il-Kbir.

Il-Ħadd 16 t’April – ĦADD IL-GĦID

Fl-10am Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz takkompanja l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt madwar it-toroq tal-Belt Vittoriosa b’daqq ta’ valzi u marċi popolari.