Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz tħabbar il-mewt tal-Viċi President is-Sur Anthony Gauci

ag Is-Soċjeta` Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz b’sogħba kbira tħabbar il-mewt tal-Viċi President is-Sur Anthony Gauci li ġrat illum il-Ġimgħa 1 ta’April, 2016. Il-Funeral ser isir għada s-Sibt 2 t’April, 2016 fejn fis-1.30pm jibda korteo minn Triq il-Mina l-Kbira u hekk kif is-salma tasal quddiem ‘Palazzo Huesca’ huwa jingħata tislima xierqa mis-Soċjeta’ li huwa kien Viċi President tagħha. L-aħħar tislima tingħata permezz ta’ quddies fil-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz fis-2.00 pm.