Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz tħawwel siġra fil-Foss tal-Birgu

3d89233b-d1ff-4dba-b6b3-6b8c2a55e7d3 Wara r-restawr li sar fil-Foss tal-Birgu, fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali nhar is-Sibt 19 ta’ Marzu, 2016 saret attività fejn l-Għaqdiet tal-Birgu ħawlu siġra sabiex dan il-Foss ikun verament post ħaj fejn in-nies tal-lokal iħossuhom parti minnhu. F’diskors qasir is-Sindku John Boxall qal li dan il-post jista jibda jintuża mill-Għaqdiet kollha għax jemmen li b’hekk biss jista jkun post ħaj u ta’ rikreazzjoni. Fi tmiem id-diskors tħawlu s-siġar bil-President is-Sur Lawrence V. Farrugia jħawwal is-siġra f’isem is-Soċjeta’ tagħna.