Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Lawrenz, Patrun tal-Belt Vittoriosa, nhar il-Ħamis 8 t’Awwissu, 2024 is-Soċjetà Filarmonika La Vincitrice, Senglea ppreżentat bukkett fjuri lis-Soċjetà Mużikali San Lawrenz. Ġest li jikkonferma r-rispett li hemm bejn ż-żewġ Għaqdiet Mużikali ta’ dawn iż-żewg ibliet. Prosit u Grazzi mill-qalb.