It-30 ta’ Lulju, 2019 – Jum Memorabbli

Il-Jum tat-30 ta’ Lulju, 2019 ser jibqa mfakkar b’ittri tad-deheb fl-istorja ta’ Beltna. Dan għax fl-okkażjoni tal-75 sena mill-miġja lura tal-istatwa titulari wara l-ġwerra, reġa ġie mfakkar dan l-avveniment. U l-Vittoriosani flimkien mal-Bormliżi ċċelebraw dan il-Jum bil-kbir hekk kif il-bieraħ wara pontifikal solenni fil-Kolleġġjata ta’ Bormla bdiet ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Lawrenz fejn folol ta’ nies kienu preżenti tul it-triq kollha sad-dħul fil-Kolleġġjata tal-Birgu. Is-sehem tal-Banda tal-Birgu, l-Banda Vittoriosana San Lawrenz flimkien mal-Banda Bormliża San Ġorġ kompla jagħmel dan il-jum aktar sinifikanti. Urejna bil-provi li aħna nemmnu fl-Għaqda. Dan huwa biss il-bidu.