Jagħlqu l-applikazzjonijiet għal Surmast Direttur

Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru, 2014 għalqu l-applikazzjonijiet għall-kariga ta’ Surmast Direttur mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Kien hemm konkorrenza u interessi qawwi fejn b’kollox applikaw 12 il-persuna. Bħalissa qegħdin jiġu evalwati l-applikazzjonijiet fejn lejn tmiem dan ix-xahar jibda l-proċess mill-Board tal-Għażla sabiex finalment jasal għall-għażla finali ta’ Surmast Direttur li ser imexxi l-Banda għas-snin li ġejjin.