Jintensifikaw il-preparamenti għall-Programm Mużikali


rehearsal Matul tmiem il-ġimgħa komplew il-preparamenti għall-Programm Mużikali ta’ nhar il-Ġimgħa 7 t’Awwissu fil-‘Vittoriosa in Festa’ li din is-sena ser ikollha bħala tema ‘ Hakuna Matata – A journey through Disney’. Nhar is-Sibt li għadda sar ‘rehearsal’ ieħor bil-parteċipazzjoni tal-kantanti kollha. L-aħħar ‘rehearsals’ ser isiru għada t-Tlieta u l-Ħamis.