Jitħassru l-Festi Esterni f’ġieħ San Lawrenz, Patrun tal-Belt Vittoriosa

L-istatwa tal-irħam ta' San-Lawrenz fl-intrata
 

 

 

Wara li l-Kumitat tas-Soċjeta Mużikali San Lawrenz flimkien mal-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz, is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmizi u l-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu ħadmu sabiex ikollna festa xierqa, wara li ġiet diskussa s-sitwazzjoni preżenti, l-entitajiet tal-Festa qablu li jitħassar il-programm kollu tal-attivitajiet soċjali u marċijiet.

L-għaqdiet iħeġġu lill-pubbliku biex jagħmel kuraġġ u josserva r-restrizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Dan sabiex bl-għajnuna t’Alla u tal-Patrun tal-Belt Vittoriosa San Lawrenz ngħaddu kemm jista jkun malajr minn dan il-mument diffiċli.