Jum il-Missier – Il-Ħadd 21 ta’ Ġunju, 2020

 

 

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier nhar il-Ħadd 21 ta’ Ġunju, 2020 is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz qed tniedi inizjattiva partikolari. Għażel rigal flimkien ma’ kartolina u dan jitwassal fid-dar tiegħek jew direttament lill-missier, dejjem skont il-preferenza tiegħek. Kulma trid tagħmel huwa li ċċempel, tibgħat messaġġ fuq 9949 7734 jew tħalli messaġġ fuq il-paġna tal-facebook tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz u nibgħatulek formula biex tagħżel ir-rigal u tikteb il-messaġġ ta’ fuq il-Card. Dan irid isir mhux aktar tard minn nhar il-Ħadd 14 ta’ Ġunju, 2020.