Kollezzjoni ta’ Marċi Brijużi mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz

 

Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz tħabbar xi ħaġa innovattiva oħra għall-Baned Maltin. Wara li fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa ppubblikat għall-ewwel darba album ta’ marċi funebri mit-Tielet Millenju fuq USB Drive din id-darba marret pass oltre’. Kollezzjoni ta’ marċi brijużi fuq USB Drive b’seba’ volumi mit-tielet millenju flimkien mas-CD album ġdid. Il-prezz tal-USB Drive huwa ta’ €15 filwaqt li tas-CD huwa ta’ €10. Iżda għall-prezz speċjali u inizjali ta’ €20 tista saħansitra tieħu l-pakkett komplut li fih il-USB Drive u d-diska kompatta li fiha l-marċi l-ġodda għal din is-sena speċjali.

Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz dejjem bl-aqwa u bl-aħjar. Proġett ieħor kreattiv fl-okkażjoni tal-135 Sena Anniversarju fejn il-Banda tal-Birgu dejjem tkun l-ewwel u innovattiva fl-ideat. Kun zgur li tordna l-kopja tiegħek immedjatament peress li l-istock huwa limitat fuq il-paġna tagħna ta’ facebook , email fuq music@stlawrencebandclub.com jew fuq 9942 8597.