Kors fid-Direzzjoni Mużikali

 

L-Applikazzjonijiet għall-kors ta’ taħriġ fid-Direzzjoni issa jinsabu miftuħa! Kors bla ħlas mmexxi minn Mro Alan Chircop, u organizzat minn 6 Soċjetajiet Mużikali. 

Ser isiru 6 Sessjonijiet, Master Classes mal-Banda u anke Kunċerti Pubbliċi.

L-Applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu minn hawn: http://direzzjonimuzikali.com/ u jgħalqu il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju 2019.

L-Applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi permezz ta’ e-mail u anke fuq il-paġna ta’ facebook direzzjoni.muzika. Iktar informazzjoni fuq l-Applikazzjoni.

Nibnu Pedament Professjonali għad-Direzzjoni tal-Banda b’mod Ħolistiku u Professjonali hu proġett ffinanzjat mill-Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda taħt l-iskema It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Baned u mtella’ mill-Għaqda Mużikali Beland Żejtun, Soċjeta` Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa, Għaqda Mużikali Marija Assunta Gudja, Għaqda Mużikali San Ġużepp Għaxaq, Għaqda Mużikali Imperial Mellieħa u Soċjeta` Filarmonika Nicolo` Isouard Mosta.