Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa għas-snin 2013-2014

Matul il-ġranet tat-Tnejn 21 ta’ Jannar sal-Erbgħa 23 ta’ Jannar, il-membri, bandisti u membri propjetarji tas-Soċjeta` kienu qed jaħtru kumitat ġdid għas-snin 2013-2014. Fil-fatt it-Tnejn 21 ta’ Jannar saret Laqgħa Ġenerali Mista fejn dawk eleġibbli li jattendu setgħu jisimgħu ir-Rapport Amministrattivi u Finanzjajri tas-Soċjeta`. Imbgħad it-Tlieta 22 ta’ Jannar saret il-Laqgħa Ġenerali tal-Membri u Bandisti Propjetarji fejn ġie elett parti mill-Kumitat il-ġdid. Fl-aħħar nett, l-Erbgħa saret il-Laqgħa Ġenerali għall-Membri fejn inħatar il-bqija tal-Kumitat. Fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat il-ġdid tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz saru l-ħatriet ta’ Kappillan, Żewġ Rappreżentanti fl-Għaqda Każini tal-Banda, Kuratur, Direttur tal-Logħob u Żewġ Reviżuri. Il-Kumitat hekk kif elett u bil-karigi jinstab fil-paġna Kumitat tas-Soċjeta` fis-sezzjoni Min Aħna.