L-aħħar preparamenti għall-Kunċert tat-tifkira tal-Assedju – Is-Sibt 5 ta’ Settembru, 2015

20150903_185753 (2) Bħalissa għaddejin l-aħħar preparamenti għall-Programm li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tesegwixxi għada s-Sibt 5 ta’ Settembru, 2015 flimkien mal-Prince of Wales Own Band. Fil-fatt matul din il-ġimgħa qegħdin isiru r-Rehearsals fis-sala tal-kunċerti ta’ ’Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz. Il-programm ta’ għada s-Sibt li ser isir fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa jibda fit-830pm fejn dan ser ifakkar l-450 Sena mill-Assedju l-Kbir. Il-Banda ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmastrijiet Jonathan Abela u Emanuel Spagnol.