L-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz

L-Ewwel Erbgħa ta' San Lawrenz Nhar it-Tlieta u l-Erbgħa 28 u 29 t’ Mejju ġiet iċċelebrata l-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz b’mod li jixraq tassew. Fil-fatt, il-ħames għaqdiet li flimkien jorganizzaw il-Festa, jiġifieri il-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi, l-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu u l-Grupp armar tal-Knisja tellgħu flimkien jumejn t’attivitajiet fil-ġenb tal-knisja. It-Tlieta ġiet imtella’ varjeta` bi spettaklu u talent lokali, fil-waqt li l-Erbgħa ġiet imtella’ varjeta` oħra u ġiet organizzata ikla taħt il-kampnar tal-Knisja. Kienu attivitajiet li għalihom attendew nies mhux ħażin u li żgur kienu preludju tajjeb għall-festa ta’ din is-sena.