L-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz

Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Mejju, Jum l-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz, ser tiġi organizzata attivita` ġewwa s-Sala Parrokkjali mill-għaqdiet kollha nvoluti fil-Festa. Fil-fatt, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, il-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz, l-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu, is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi u l-Grupp Armar tal-Knisja ser ikunu qed itellgħu flimkien Pasta Night bi Spettaklu mit-8.00 pm. F’din l-attivita` se rjieħdu sehem diversi kantanti popolari tax-xena lokali. Il-prezz għal din il-Pasta Night hu ta € 8 għall-kbar u € 5 għaż-żgħar, u biljetti jistgħu jinkisbu mir-rappreżentanti ta’ dawn l-għaqdiet.