L-ex Surmast Schembri u l-Arċipriet il-ġdid mistiedna f’Palazzo Huesca

20150913_103402 Nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru l-President u l-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz laqgħu fis-Sala Prinċipali ta’ Palazzo Huesca lill-ex Surmast Paul Schembri. Din kienet okkażjoni sabiex is-Surmast Schembri jintwera rikonoxximent tal-35 servizz li huwa ta lill-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Preżenti għal din il-Laqgħa Soċjali kien hemm ukoll il-Bandisti tal-post kif ukoll rappreżentanti tal-Għaqdiet li flimkien jorganizzaw il-Festa. Kienet okkażjoni wkoll li l-Kumitat jilqa għall-ewwel darba b’mod uffiċjali lill-Arċipriet Dun Joe Mizzi.