L-GĦID IT-TAJJEB MIS-SOĊJETÀ MUŻIKALI SAN LAWRENZ

 

Il-President u l-Membri tal-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz jawguraw l-Għid it-Tajjeb lill-Vittoriosani kollha.

Għat-tieni sena konsekuttiva l-Banda tal-Birgu mhux ser issemmalna fost l-aqwa marċi u valzi. Il-Belt sabiħa tagħna mhux ser tkun mizgħuda bin-nies bħalma tkun kull sena biex tifraħ bil-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.

Jekk Alla jrid l-appuntament tagħna huwa għal nhar il-Ħadd 17 t’ April, 2022 meta l-Banda Vittoriosana San Lawrenz takkompanja l-istatwa kapolavur tas-Surmast Salvu Psaila li terġa timla bil-ferħ il-qlub tal-Vittoriosani kollha.